L-Ambaxxatur tal-Istati Uniti għan-Nazzjonijiet Magħuda, Samantha Power, għamlet sejħa lir-rappreżentanti tal-193 membru tal-Assemblea Ġenerali biex iżidu l-isforzi tagħhom biex it-toroq isiru aktar sikuri għal min jużahom – kemm sewwieqa kif ukoll min jimxi fit-triq.
L-appella sar fil-jum li fih id-dinja tfakkar il-vittmi tad-disgrazzji tat-traffiku.
Power qalet li kull sena, għal kull persuna li tmut għax issuq waqt li tkun xurbana, jmutu sitta oħra għax is-sewwieq ikun qed jibgħat SMS.
Kull darba li sewewieq jittextja ma jħarisx lejn it-triq għal 4.6 sekondi – ekwivalenti għal persuna li ssuq karozza b’għajnejha mgħammda tul ta’ grawnd tal-football bi speed ta’ 55 mil fis-siegħa. L-akbar għadd ta’ vittmi huma dawk bejn il-15 u d-29 sena.
Power qalet li skont l-Organizzazzjzoni Dinjija tas-Saħħa, sana 2030, l-għadd ta’ imwiet mid-disgrazzji tat-traffiku se jkunu ogħla minn dawk minħabba l-AIDS, il-kanċer u l-vjolenza.
Aktar minn 70 pajjiż fid-dinja għandhom liġijiet li jipprojbixxu s-sewwieqa milli jużaw it-telefon ċellulari. Iżda ħafna huma tal-fehma li anqas f’dawn il-pajjiżi, l-infurżar tal-liġijiet għadu ’l bogħod.
The post Dak l-SMS waqt is-sewqan joqtol! appeared first on TVM.