Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Mozzjoni dwar is-saħħa

$
0
0

L-Oppożizzjoni ressqet mozzjoni fil-Parlamemt li tipproponi Kumitat Permanenti għas-Saħħa.

Is-Sur Grech qal li peress li hemm ir-rieda li l-Gvern u l-Oppożizzjoni jsibu kunsens fuq materji strateġiċi u dawk ta’ interess għall-pazjenti, issa wasal iż-żmien li l-Parlament ikollu struttura permanenti li tixpruna inizjattivi u jagħmel skrutinju tal-politika tal-Gvern dwar is-saħħa.

Permezz tal-mozzjoni l-Oppożizzjoni qed tfittex politika ta’ kunsens dwar is-settur tas-saħħa li hu mimli sfidi u opportunitajiet.

L-Ispeaker tal-Kamra, Anġlu Farrugia qal li l-mozzjoni se tkun diskussa fil-Kumitat tax-Xogħol tal-Kamra qabel isir dibattitu dwarha.

Is-Sur Grech qal li l-Oppożizzjoni, li trid tara iktar investiment fil-kura tas-saħħa primarja, se tibqa’ tkun pro-attiva u toħroġ b’ideat ġodda għall-ġid tal-poplu.

The post Mozzjoni dwar is-saħħa appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles