Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Sodisfatti bil-mozzjoni tal-Oppożizzjoni dwar is-saħħa

$
0
0

L-Ombudsman u l-Kummissarju għas-Saħħa fi ħdan l-uffiċju tiegħu laqgħu b’sodisfazzjon il-mozzjoni li tressqet mill-Oppożizzjoni biex jitwaqqaf kumitat parlamentari dwar il-qasam tas-sahha biex jippromovi kunsens nazzjonali f’dan is-settur.

F’ittra lill-ispeaker, l-Ombudsman Joseph Said Pullicino u l-Kummissarju tas-Saħħa Charles Messina filwaqt li laqgħu l-inizjattiva ipproponew li l-kumitat li ser jitwaqqaf jingħata s-setgħa li jeżamina l-opinjonijiet finali tal-Kummissarju tas-Saħħa u jieħu deċiżjoni politika dwarhom.

L-Ombudsman qal li dan għandu isir biex iċ-ċittadin jingħata sodisfazzjon sħiħ meta l-amminsitrazzjoni ma tilqax rakkomandazzjoni tiegħu biex xi inġustizja tiġi rimedjata.

 

The post Sodisfatti bil-mozzjoni tal-Oppożizzjoni dwar is-saħħa appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles