Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Il-PN bi proposti għall-immaniġġjar tal-iskart

$
0
0

Il-Partit Nazzjonalista ppublika l-pożizzjoni u proposti tiegħu dwar l-abbozz ta’ pjan nazzjonali dwar l-immaniġġjar tal-iskart li ħareġ il-gvern lejn l-aħħar t’Ottubru. Il-PN qal fi stqarrija li jaqbel mad-direzzjoni ġenerali tal-pjan. Intqal li uħud mill-proposti li ġew inklużi kien diġa’ ħareġ il-PN fil-Gvern u kien ġie kkritikat mill-Partit Laburista.

Il-kelliem tal-PN għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima Charlo’ Bonnici qal li l-Gvern missu jixpruna iktar li l-operatur fil-qasam jingħaqdu ħalli Malta tisfrutta bl-aħjar mod il-fatt li hija gżira żgħira. Is-Sur Bonnici qal li dan għandu jsir mingħajr ma jinħolqu cartels.

Il-kelliem nazzjonalista qal ukoll li l-Gvern mhux jagħti importanza biżżejjed lejn l-enerġija ġġenerata mill-iskart. Charlo’ Bonnici qal li l-pjan ma jitkellimx fuq impjanti bżonnjużi li jitrattaw l-iskart bħad-demel tal-annimali.

Il-PN qal ukoll li l-permess għall-impjant għall-immaniġġjar għandhom jittieħdu u jingħataw b’iktar serjeta’. Is-Sur Bonnici qal li ma jistax ikun li permess għal power station idum għaxar xhur u permess għall-impjant bħal ta’ Sant’Antnin jieħdu sitt snin.

Il-kelliem Nazzjonalista qal li l-Gvern għandu jisħaq iktar fuq l-infurzar u jkun iktar ċar fuq il-kunċett ekonomiku li min iħammeg iħallas.

Il-PN qal li l-pjan ta’ x’jifhem li l-Gvern se jdaħħal taxxa fuq l-iskart u l-PN huwa kontra.

 

The post Il-PN bi proposti għall-immaniġġjar tal-iskart appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles