Żewġ ħatriet importanti fil-Vatikan għal Monsinjur Alfred Xuereb li bħalissa huwa s-segretarju privat tal-Papa Frangisku.
Il-Papa ħatar lil Monsinjur Xuereb bħala delegat fil-kummissjoni fuq il-Bank tal-Vatikan u delegat tal-kummissjoni dwar l-organizazzjoni tal-istruttura ekonomika u amministrativa tas-Santa Sede.
F’dawn il-ħatriet, Monsinjur Xuereb ser jinforma direttament lill-Papa dwar il-ħidma u l-inizjattivi taż-żewg entitajiet tal-Vatikan li waħda minhom qed titmexxa mill-ekonomista Joe F.X. Zahra, twaqfu mill-Papa Frangisku biex iwettqu riforma fl-istruttura ekonomika u amministrattiva tas-Santa Sede.
Fi żvilupp ieħor, il-Kurja ħabbret li fil-bidu tax-xahar id-dieħel ser issir f’Malta laqgħa tad-delegati tal-konferenza episkopali ewropew bl-inkarigu fuq il-kura pastorali tal-immigranti u r-refugjati. Għal laqgha ser ikun hawn żewġ kardinali, Antonio Maria Veglio, President tal-kunsill Pontificju dwar l-immigranti u l-Kardinal Josip Bozanic.
The post Ħatriet importanti għal Mons Alfred Xuereb appeared first on TVM.