Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Posposta ż-żjara f’Malta tal-President Ukren

$
0
0
Posposta indefinittivament iż-żjara statali tal-President tal-Ukrajna Viktor Yanukovych li kellha tibda nhar it-Tnejn li ġej.
Il-posponiment tħabbar mill-Ufficju tal-President tal-Ukrajna stess u ġiet konfermati mill-gvern Malti.
Dan l-iżvilupp seħħ wara li fl-aħħar jiem kien hemm protesti kontra l-President Yanukovych wara li l-gvern tiegħu irtira milli jiffirma l-ftehim ta’ assocjazzjoni mal-Unjoni Ewropea.
Huwa mifhum li sal-bieraħ iż-żjara kienet ghadha ipprogrammata bl-ambaxxatur il-ġdid tal-Ukrajna jippreżenta l-kredenzjali tiegħu lil President Gorg Abela bit-tħejjija ukoll għaż-żjara.
Sorsi infurmati qaluPBS li fl-aħħar siegħat, il-gvern Malti infurma lill-awtoritajiet Ukreni li fid-dawl tas-sitwazzjoni li żviluppat fl-Ukrajna, Malta ma kienitx ser tagħti d-dekorazzjonijiet statali li s-soltu tagħti waqt żjajjar statali.

The post Posposta ż-żjara f’Malta tal-President Ukren appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles