Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

NGOs ambjentali jipprotestaw

$
0
0

Madwar 12-il NGO ambjentali ingħaqdu flimkien biex jipprotestaw kontra deċizjonijiet favur żviluppi li ddeskrivew bħala mostrużi li qalu qed jeqirdu s-sbuħija naturali ta’ Malta.

Il-protesta bdiet fid-daħla tal-Belt u fiha hadu sehem madwar 500 persuna li mxew lejn il-bini tal-Qorti.

Ftit li xejn kien hemm azzjoni waqt il-mixja għajr il-ħsejjes tat-tnabar tal-grupp Tribali u xi għajjat ta slogans minn membri tal-għaqdiet ambjentali li kienu qed igorru kartelluni b’messaggi favur il-ħarsien tal-ambjent.

Qabel l-attività, rappreżentanti tal-NGOs komplew jiġbru l-firem biex isir referendum għall-projbizzjoni tal-kaċċa fir-rebbiegħa.

Il-protesta laħqet il-qofol tagħha quddiem il-bini tal-Qorti fejn ir-rapprezentanti tal-NGOs indirizzaw lill-folla. Il-president ta’ Din l-Art Ħelwa, Simone Mizzi, qalet li l-protesta saret f’isem dawk kollha li jixtiequ jħarsu l-ispazji miftuha u l-wirt storiku tal-pajjiż.

Qalet li bid-deċizjonijiet li qed jittieħdu, qed ikun hemm abbużi u ksur ta’ ligijiet.Tenniet li fil-manifest elettorali, il-gvern wiegħed li kien se jħares l-ambjent u jipproteġi s-sbuħija naturali tal-gżejjer Maltin.

Hija ddeskreviet l-iżvilupp tal-appartamenti fil-Mistra bħala mostruż kkonċepit mill-gvern preċedenti u mwelled mill-gvern preżenti u sejjħet bħala “tal-misthija” l-mod kif il-pajjizż qed ibiegħ lilu nnifsu lill-iżviluppaturi.

Ms Mizzi qalet li l-iżviluppi f’dawn l-aħħar 30 sena fil-qasam tal-ambjent kienu mingħajr rażan u appellat lil min huwa favur proġetti ta’ aktar bini għoli biex imur jgħix Dubai jew Shangai

Il-koordinatur tal-għaqda Flimkien għall-Ambjent Ahjar, Astrid Vella, qalet li m’hemmx il-ħtiega li jinbnew aktar propjetajiet fil-gżejjer Maltin meta hawn 40,000 proprjetà battala. Qalet li l-NGOs huma favur l-iżvilupp  iżda meta dan ma jagħmilx ħsara u skont pjan bbażat fuq konkluzjonijiet ta studji serji.

Qalet li studji li kkummissjonat il-MEPA stess ikkonkludew li l-bini għoli m’humiex addattat għall-Malta u appellat biex ma jkomplux isiru laqgħat u jittieħdu deċiżjonijiet wara bibien magħluqa.

The post NGOs ambjentali jipprotestaw appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles