Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Imut l-Ingliż li ttajjar il-bieraħ f’Ħal Farruġ

$
0
0

Philip Scott Attard, l-Ingliż ta 44′ sena li l-bieraħ ittajjar minn żewġ karozzi, sfortunatament tilef ħajtu illum wara nofsinhar. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sebgħa neqsin kwart ta’ filgħodu fi Triq Ħal Farruġ, f’Ħal Farruġ.

 

L-Ingliż, li jgħix San Ġwann kien miexi għax-xogħol fejn jaħdem fil-kumpless Monte Kristo. Attard kien qed jaqsam it-triq meta ntlaqat minn karozza misjuqa minn guvni ta’ 21 sena minn Ħal Qormi li kien sejjer il-Lufthansa Technik fejn jaħdem. Mad-daqqa, l-Ingliż waqa’ fl-art, b’persuni oħrajn li kienu fil-qrib waqfu biex jassistu u anke ċemplu għall-ambulanza. Sakemm waslet l-għajnuna mill-istess direzzjoni ġiet karozza oħra misjuqa minn raġel ta’ 33 sena minn San Ġwann li ma ndunax li kien hemm persuna fl-art u għadda minn fuqu. Għalkemm waqaf, tant li l-vittma nħareġ minn taħt il-karozza, jidher li r-raġel inħasad b’dak li ġara u telaq minn fuq il-post.

 

Il-kundizzjoni tar-raġel barrani mill-ewwel kienet waħda gravi u nħatret ukoll inkjesta maġisterjali. Dan huwa t-tielet inċident fatali tat-traffiku din is-sena

 

The post Imut l-Ingliż li ttajjar il-bieraħ f’Ħal Farruġ appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles