Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

AĠĠORNAT: Il-Park and Ride 40 ċenteżmu kuljum

$
0
0

Is-servizz tal-Park and Ride fil-Blata l-Bajda se jerġa’ jibda mis-Sibt li ġej, bi prezz fiss ta’ 40 ċenteżmu l-ġurnata. Il-prezz, orħos minn kif kien meta s-servizz kien imħaddem mill-Arriva, jinkludi wkoll it-trasport minn u lejn il-Belt.

Il-Ministru għat-Trasport Joe Mizzi qal li meta fl-2011 il-Park and Ride għadda f’idejn il-kumpanija Arriva, il-ħlasijiet mitluba mill-kumpanija wasslu biex ħafna nies ma baqgħux jużaw dan il-parkeġġ li meta ntrodott xi snin qabel kien naqqas ħafna karozzi mill-Belt.

Spjega li persuna li taħdem il-Belt u kienet tħalli l-karozza fil-parkeġġ fi Blata l-Bajda kienet tonfoq medja ta €500 fis-sena jekk tagħmel użu mil-Park & Ride. Il-Ministru Joe Mizzi ħabbar li mill-1 ta’ Frar se jintalab ħlas ta’ 40 ċenteżmu ‘l ġurnata għal min juża l-Park & Ride tal-Blata l-Bajda. Dan il-ħlas jinkludi wkoll it-trasport minn u lejn il-Belt bl-użu tal-vetturi tat-trasport pubbliku.

Il-Ministru Mizzi qal li l-prezz il-ġdid għandu jagħti nifs ġdid lill-ħaddiema u lin-nies li jżuru l-Belt waqt li jgħin lin-negozji tal-kapitali.

Fi żvilupp ieħor, it-Tnejn il-Gvern se jippubblika s-sejħa għall-interess minn operaturi privati għas-servizz tat-trasport pubbliku. Il-Ministru Mizzi qal li l-viżjoni tal-Gvern hi li s-servizz ikun effiċjenti u fil-ħin assigura lill-ħaddiema li mhux se jitilfu l-post tax-xogħol bl-operatur il-ġdid irid iżid kemm il ħaddiema kif ukoll il-vetturi.

Fil-jiem li għaddew fuq is-sit elettroniku ta’ Transport Malta tħabbru r-rotot il-ġodda tat-trasport pubbliku li fihom żieda sostanzjali fil-kilometraġġ li l-operatur il-ġdid ser ikun obbligat li jagħmel. Tfasslu erba’ skedi differenti: ghal Malta u għal Għawdex u għas-Sajf u għax-Xitwa.

The post AĠĠORNAT: Il-Park and Ride 40 ċenteżmu kuljum appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles