Alternattiva Demokaratika kkritikat lill-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil, għax fi kliemha qed jiġġieled id-diskriminazzjoni b’aktar diskriminazzjoni.
L-Alternattiva sejħet bħala farsa li l-pajjiz jista’ jgħaddi mingħajrha d-deċiżjoni tal-Partit Nazzjonalista li jippreżenta protest gudizzjarju dwar l-iskema taċ-ċittadinanza.
Iċ-Chairperson ta’ Alternattiva, Arnold Cassola qal li l-iskema taċ-ċittadinanza kif proposta mill-Prim Ministru mhix aċċettabbli għax toħloq diskriminazzjoni bejn sinjuri u fqar u aktarx tmur kontra t-Trattat Ewropew.
Madankollu, il-Professur Cassola qal li t-theddida tal-Kap tal-Oppożizzjoni li jirrevoka ċ-ċittadinanza mogħtija, meta u jekk ikun fil-Gvern, mhix aċċettabbli. Qal li d-drittijiet li persuna tikseb ma jistgħux jiġu mormija.
The post AD: Busuttil qed jiġġieled id-diskriminazzjoni b’aktar diskriminazzjoni. appeared first on TVM.