Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Allokati €10 miljuni biex in-nies fil-faqar jonqsu b’22,000

$
0
0

Il-Gvern se jonfoq €10 miljun biex in-nies fil-faqar jonqsu b’22,000 sal-aħħar tas-sena d-dieħla.

Il-Gvern ppubblika Green Paper dwar kif jaħseb li għandha tinħoloq struttura kif jonqos il-faqar u tiżdied l-inklużjoni soċjali fil-pajjż. Il-green paper ġiet ppublikata wara xhur ta’ konsultazzjoni wiesa’ fost il-professjonisti, il-pubbliku inġenerali fl-irħula u l-ibliet Maltin u Għawdxin.

Id-dokument jgħid kif għadu jkun hemm struttura ta’ politika li tkattar l-għajxien tajjeb u ttejjeb il-kwalità tal-ħajja għal kulħadd. Il-green paper hi bbażata fuq il-valuri tas-solidarjetà, l-ugwaljanza, il-ġustizzja soċjali, id-dinjità u r-rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem.

Il-Ministru tal-Politika Soċjali Marie Louise Coleiro Preca qalet li biex jonqos il-faqar, il-Gvern irid jaħseb f’kulħadd u mhux għal ftit biss. Il-green paper, li minnha se jitfasslu l-policies tal-Gvern għall-futur qrib u fit-tul, tagħraf li l-faqar illum hija xi ħaġa kumplessa. Kumplessa ghax f’Malta hu kkalkulat li hawn 96,000 ruħ fir-riskju tal-faqar; 23,000 huma tfal b’13,000 minnhom jgħixu f’familji li ma jaqilgħux iktar minn €6,500 fis-sena. 3000 tfal oħra jgħixu f’familji li jaqilgħu inqas minn €8,800. Il-faqar hu reali fost l-anzjani: fl-2012 anzjan minn kull ħamsa kienu fir-riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali. 8,000 ruħ m’għandhomx pensjoni t’iktar minn €6,500.

Il-Ministru Coleiro Preca qalet li l-Gvern diġa’ beda jindirizza l-faqar. Semmiet sensiela ta’ miżuri fil-baġit bħall-għotja ta’ €300 kull sena lil min għandu iktar minn 75 u r-roħs tad-dawl u l-ilma mix-xahar id-dieħel.

Il-Ministru tal-Politika Soċjali qalet li l-mira tal-Gvern hi li n-numru ta’ nies fir-riskju tal-faqar jonqsu bi 22,000 ruħ sal-2015, 17,000 ruħ iktar mill-mira tal-Gvern ta’ qabel. Il-Ministru qalet li biex isir hekk il-Gvern se jonfoq €10 miljun, l-aktar fit-taħriġ u l-edukazzjoni. Is-Sinjura Coleiro Preca qalet li b’hekk il-Gvern ikun qed jeqred dik li sejħet is-susa tas-soċjetà.

Waqt il-preżentazzjoni tal-Green Paper tkellem ukoll il-Prim Ministru Joseph Muscat li qal li l-istrateġija kontra l-faqar hija tal-Gvern kollhu li jrid jaħdem bħala tim. Qal li l-Gvern konxju li ma jistax jagħmel kollox f’daqqa u għalhekk se jiffoka fuq it-tfal u l-anzjani. Dr. Muscat qal li l-miri huma ambizzjużi u m’humiex faċli u hemm bżonn ta’ inizjattivi ġodda bla preċedent.

Dr. Muscat qal li biex il-Gvern jirnexxi f’dan il-qasam, irid joħloq il-ġid b’inizjattivi ġodda ħalli l-Gvern ikollu dħul biex iwettaq il-miri tiegħu. Fost dawn qal l-iskema taċ-ċittadinanza b’investiment, ir-riforma tal-MEPA u inizjattivi ohrajn li se joħolqu l-ġid mingħajr ma jitfgħu piż fuq min iħallas it-taxxi u qatt ma jiddependi fuq il-benefiċċji soċjali. Il-Prim Ministru sejjaħ ukoll għal iktar tisħiħ fl- strutturi kontra l-frodi tal-benefiċċji soċjali.

Storja: Sergio Mallia

Filmati: Ray Caruana

 

 

The post Allokati €10 miljuni biex in-nies fil-faqar jonqsu b’22,000 appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles