Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Aġġornat: tirbaħ Coming Home

$
0
0

Coming Home (kliem u miżika ta’ Richard Micallef) rebħet il-Malta Eurovision Song Contest u l-grupp Firelight issa jirrapreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest li se jsir fid-Danimarka f’Mejju. Il-grupp ingħata l-massimu ta’ 12-il punt minn erba’ membri tal-ġurija ta’ ħamsa. Il-vot tal-membru l-ieħor, dak tal-televoting, ħadithu Hypnotika.

One last ride (Daniel Testa) ġiet klasifikata t-tieni u Pin the Middle (De Bee) it-tielet.

Iċ-ċermen tal-Public Broadcasting Services, Dr Tonio Portughese, ipprezenta t-trofew lir-rebbieħ.

Matul il-jum tas-Sibt saru l-provi għas-serata finali li kienet ipreżentata minn Moira Delia. Żewġ kantanti rebbieħa tal-Malta Eurovision, Ira Losco, rebbieħa tal-edizzjoni tal-2002, u GianLuca, li rebaħ is-sena l-oħra, interpretaw żewġ kanuzinetti favproto ,al-udjenza Maltija: L-Aħħar Bidwi f’Wied il-Għasel and Xemx.

Telgħu fuq il-palk bħala mistiedna l-Wintermoods, Red Electrik, The Crowns, Ġorġ u Pawlu, kif ukoll Gaia Cauchi, li fetħet is-serata flimkien ma’  kor ta’ 120 tifla bi spettaklu mill-isbaħ.

Il-kantanta Daniża rebbieħa tal-Eurovision tas-sena l-oħra, Emelie de Forest mediet il-kanzunetta ġdida tagħha ‘Rainmaker’.

port

Il-konferenza tal-aħbarijiet li saret wara li tħabbru r-rebbeħa biċ-cermen tal-PBS Dr Portughese fin-nofs u l-Kap Eżekuttiv tal-PBS, is-Sur Anton Attard fuq il-lemin.

The post Aġġornat: tirbaħ Coming Home appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles