Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Jaħarbu minn Homs

$
0
0

F’Homs is-Sirja, għexieren ta’ pajżana evakwaw il-belt li għadha taħt il-kontroll tar-ribelli Sirjani wara li intlaħaq ftehim temporanju għall-waqfien mill-ġlied.

Il-ftehim bejn il-partitarji tal-oppożizzizzjoni u l-Gvern Sirjan intlaħaq taħt is-superviżjoni ta’ uffiċjali tan-Nazzjonijiet Maqgħuda u ppermetta l-aċċess ta’ karozzi tal-linja lejn il-belt biex jgħinu fil-proċess ta’ evakwazzjoni tal-pajżana.

Mat – 3,000 persuna huma maħsuba li għadhom maqbuda fil-belt.

Għadd ta’ ħaddiema ta’ salvataġġ, pulizija u ħaddiema li qed jipprovdu għajnuna umanitarja, nġabru jistennewhom barra l-belt biex jipprovdu kura u trattament mediku li huma mċaħħda minnhom minħabba is-sitwazzjoni vjolenti f din il-belt.

The post Jaħarbu minn Homs appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles