Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

AĠĠORNAT: L-Isvizzeri jappoġġjaw il-miżuri dwar l-immigrazzjoni

$
0
0

L-Isvizzeri ivvutaw favur f’referendum biex jerġgħu ddaħħlu kwoti stretti dwar l-immigrazzjoni minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.

Ir-riżultat finali juri li 50.3 fil-mija vvutaw favur. Dan ir-riżultat mistenni jtemm il-moviment ħieles ta’ persuni fl-Isvizzera, hekk kif miftiehem mal-Unjoni Ewropea.

L-Isvizzera mhix membru tal-Unjoni Ewropea, iżda addottat sezzjonijiet kbar tal-politika tal-Unjoni.

Brussel esprima diżappunt għar-riżultat u se jkun qed jistudja l-implikazzjonijiet tiegħu.

Ir-referendum kien jeħtieġ aktar minn 50 fil-mija tal-voti biex jgħaddi.

Waqt li l-Isvizzeri qed isemmgħu leħinhom f’dan ir-referendum, madwar l-Ewropa għaddeja diskussjoni dwar l-imigrazzjoni u l-impatt tal-moviment ħieles tal-persuni.

The post AĠĠORNAT: L-Isvizzeri jappoġġjaw il-miżuri dwar l-immigrazzjoni appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles