Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Ċans lill-pubbliku li jsegwi r-restawr f’bini storiku fil-Belt

$
0
0

Wara snin żdingati u mitluqa, qed jiġu restawrati l-kwartieri ġenerali tal-gwerra li jinsabu taħt l-art u l-kontra gwardja ta San Pietru u San Pawl fil-Belt.

Dawn is-siti storiċi li jmorru lura għal żmien il-Kavallieri kienu jintużaw għal għanijiet differenti.

Id-deċiżjonijiet li ittieħdu meta l-post intuża bħala kwartieri ġenerali tas-Servizzi Ingliżi fit-Tieni Gwerra Dinjija affettwaw saħansitra l-bqija tal-Ewropa.

Ir-restawr se jiġi jiswa €2.3 miljuni, parti minnu iffinanzjat mill-Fond għall-iżvilupp reġjonali ewropew.

Hu maħsub li l-inawgurazzjoni ssir f’Ġunju li ġej.

Minbarra dawn iż-żewġ postijiet, ġiet restawrata ukoll is-Saluting Battery, fil-Barrakka ta’Fuq.

Kif inhi it-tradizzjoni, mat-tokki ta’ nofsinhar fl-10 ta’ Frar jiġi sparat full gun salute waqt li bejn is-1.00 p.m. u l-4.30 p.m. il-pubbliku se jkollu l-opportunita’ li jidħol f’dawn il-postijiet fejn ser ikun hemm ukoll rappreżentazzjoni storika tal-ħajja fihom fl-imgħoddi.

The post Ċans lill-pubbliku li jsegwi r-restawr f’bini storiku fil-Belt appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles