Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Isib statwa ta’ Apollo midfuna fir-ramel

$
0
0

Il-medda ta’ Gaza tissemma’ fl-aħbarijiet minħabba l-iżolament li tinsab fih u anke minħabba l-konflitt imdemmi mal-poplu Iżraeljan, iżda issa tinsab taħt il-lenti tal-arkeoloġisti li jridu jeżaminaw u janalizzaw statwa li nstabet minn sajjied midfuna taħt ir-ramel. Is-sajjied li sabha ħaseb li ltaqa’ ma’
xi katavru iżda wara ħames sigħat jneħħi r-ramel li sab statwa magħmula mill-ħadid. Is-sajjied ħadha d-dar fuq karattun u wara dawn ir-ritratti rraporta s-sejba li għamel.

Is-sajjied qal li huwa ma kienx jaf li sab statwa tal-alla Grieg magħruf Apollo.

L-istatwa tiżen aktar minn 500 kilogramm u aktarx li tmur lura aktar minn elfejn sena, x’aktarx għall-ewwel seklu qabel Kristu. L-arkeoloġisti qed jippressaw fuq l-Awtoritajiet Palestinjani biex iħalluhom janalizzaw l-istatwa minħabba li s’issa qatt ma nstabet statwa simili magħmula mill-ħadid. L-Arkeoloġisti jgħidu li l-istatwa hija imprezzabbli minkejja lis-sajjied qata’ wieħed mis-swaba’ għax ħaseb li hija magħmula mid-deheb.

Sar magħruf li nstabet l-istatwa minħabba li dehru ritratti tagħħa fuq is-siti soċjali biex din tinbiegħ għas-somma ta’ nofs miljun dollaru, prezz li huwa ferm anqas minn dak li verament tiswa.

Storja: Tony Dimech

The post Isib statwa ta’ Apollo midfuna fir-ramel appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles