Tfajla li kienet abbużata sesswalment fi tfulitha rrakkuntat ma’ tvm.com.mt it-trawma li għaddiet minnha u kif din għadha taffetwa ħajjitha. L-abbuż sesswali fuq it-tfal li rari kien ikun irrappurtat sar jinqabad iżjed fis-sistema tal-Ġustizzja.
Ċifri li ngħataw fi tweġiba parlamentari juru li fl-aħħar ħames snin, 51 persuna tressqu l-Qorti u daħlu fil-faċċilita korrettiva ta’ Kordin minħabba abbuż sesswali fuq it-tfal.
Fil-jum internazzjonali dwar is-sigurtà fuq l-internet li issir biex jikber l-għarfien dwar fastidju u abbuż sesswali li jista’ jsir fuq l-internet, din it-tfajla tirrakonta li l-abbuż li sofriet, sar minn persuna li kienet fdatha… esperjenza din ta’ ħafna mil-każi ta’ abbużi sesswali fuq it-tfal li kienu rappurtati f’Malta.
Ma’ tvm.com.mt fetħet qalbha dwar kif l-akbar weġgħa tagħha hija li ma sabitx l-għajnuna fil-mument tal-kriżi. Aktar minn 10 snin wara dawn l-esperjenzi qarsa ta’ tfulita, t-tfajla għadha bejn ħalltejn jekk kinitx deċiżżjoni tajba li fetħet qalbha ma ħabibtha u kienet din li kixfet il-każ biex bdew l-investigazzjonijiet tal-pulizija u l-każ spiċċa fil-Qorti.
Tgħid li anke jekk taħseb li ħarget minnha, l-abbuż li sofriet għadu jberren f’moħħha. B’sens ta’ frustrazzjoni, uriet diżżapunt li anke l-proċess tal-Ġustizzja ma taffa l-weġgħat tagħha.
Servizz: Dorothy Falzon
The post Jiżdiedu r-rapporti t’abbużi sesswali fuq it-tfal appeared first on TVM.