Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Eżaminatur ta’ TM illiberat minn akkużi ta’ tixħim

$
0
0

Il-Qorti tal-Appell illiberat lil Ian Pace li kien instab ħati ta’ tixħim meta kien eżaminatur tat-Trasport Malta fit-testijiet għal liċenzji tas-sewqan.

Il-Qorti tal-Maġistrati kienet sabutu ħati li aċċetta flus u kienet tagħtu interdett u sentenza ta’ sitt xhur ħabs sospiżi.

Il-Qort tal-Appell qalet li l-allegazzjonijiet kontrih saru mill-istess persuni involuti fil-korruzzjoni u li hu stess kixef fl-2006.

Fix-xhieda tiegħu, l-imputat qal li hu qatt ma rċieva l-ebda flus u kien ammetta li rċieva “tips” għax qal li kien taħt theddid minn Spettur tal-Pulizija.

Il-Qorti qalet li anke jekk kien hemm dawn it-tips wara l-eżami tas-sewqan dawn skont il-liġi ma jistgħux jitqiesu bħala tixħim.

 

The post Eżaminatur ta’ TM illiberat minn akkużi ta’ tixħim appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles