Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Battibekk jaħraq bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni fil-Kumitat tal-Privileġġi

$
0
0

Il-Kumitat Parlamentari tal-Privileġġi kien sospiż għal xi minuti mill-Ispeaker Anġlu Farrugia wara li membri tal-Gvern u l-Oppożizzjoni bdew jinterrompu lil xulxin dwar jekk jistgħux jinstemgħu aktar xhieda tal-Gvern f’seduti oħra.

Il-Kumitat tal-privileġġi qed jisma’ l-każ kontra l-Kap tal-Oppożizzjoni li prima facie nstab ħati ta’ ksur ta’ privileġġ wara li allega ndħil mill-Prim Ministru fl-investigazzjoni tal-Pulizija fil-każ John Dalli.

Waqt li d-deputat Nazzjonalsit Chris Said sostna li l-Gvern kellu jiddkjara li ma kellux aktar xhieda xi jtella’ quddiem il-Kumitat, id-deputat Prim Minsitru Louis Grech qal li skont ir-regolamenti tal-Kamra setgħu jitressqu aktar xhieda fi stadju ulterjuri.

Għal dan kien hemm oġġezzjoni kbira min-naħa tal-Oppożizzjoni bl-Ispeaker Farrugia saħansitra jwissi lill-whip tal-Oppożizzjoni David Agius biex jieqaf jirreferi għas-seduta bħala Kangaroo Court mill-Gvern.

Dr  Said qal li l-ġustizzja naturali kienet titlob li l-Gvern ma jressaq l-ebda xhieda oħra wara li jkun instema’ l-Kap tal-Oppożizzjoni u x-xhieda tiegħu.

L-Ispeaker Farrugia qal li ż-żewġ naħat kellhom id-dritt jagħmlu kontro-eżami u isejħu xhieda oħra quddiem il-Kumitat.

The post Battibekk jaħraq bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni fil-Kumitat tal-Privileġġi appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles