Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Tinża għarwiena bi protesta kontra t-taxxa

$
0
0

Fl-Italja, transesswali magħrufa, il-Brażiljana Efe Bal, neżgħet għarwiena quddiem is-sede tal-Corriere della Sera f’Milan biex tipprotesta għall-fatt li d-Dipartiment tat-Taxxi Interni qed jiġri warajha biex tħallas nofs miljun ewro anke jekk il-professjoni tagħħa – dik ta’ prostituta – mhux rikonoxxuta mill-istat.

Il-pulizija mill-ewwel giegħluha tilbes, ħarrkuha u se jixluha b’atti oxxeni fil-pubbliku.

Efe qalet li lesta tħallas it-taxxa kemm-il darba l-professjoni ta’ prostituta tkun rikonoxxuta uffiċjalment biex hekk tkun tista’ tibbenefika mill-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali (il-bolla).

“Jiena qatt ma evadejt taxxa u qed nagmel dan biex inġib ’l quddiem il-ħajja tat-transesswali kollha li jaħdmu fl-Italja,” qalet Efe.

The post Tinża għarwiena bi protesta kontra t-taxxa appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles