Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Imħeġġa nieklu aħjar… u bil-qies

$
0
0

Il-Ministeru tas-Saħħa ppubblika għall-konsultazzjoni pubblika abbozz ta’ politika dwar l-ikel u n-nutrizzjoni li jikkumplimentaw diversi pjani oħra kif il-Maltin jieħdu ħsieb iktar saħħithom billi jieklu aħjar.

L-abbozz jinkludi uwkoll pjan ta’ azzjoni kif il-Gvern beħsiebu jinkoraġġixxi iktar nies jieklu bil-qies u tonqos it-tendenza ħazina li jieklu porzjonijiet kbar ta’ ikel.

Dan bil-għan li s-soċjetà Maltija tgħix iktar b’saħħitha u awtomatikament tonqos l-ispiża pubblika kawża tal-mard li jikkawżaw fost l-oħrajn in-nutrizzjoni ħazina u l-obeżità. Malta għandha problema inkwetanti ta’ obeżità għall-fatt li 36 fil-mija tal-popolazzjoni għandha piż żejjed u 22 fil-mija minnhom huma obes. Il-hħxuna normalment iġġib magġha problema ta’ zokkor u pressjoni għolja.

Il-Gvern jistma li jekk il-problema tal-obesità ma tonqosx, l-ispiża pubblika fil-qasam tas-saħħa se tiżdied b’€35 miljun sal-2020. Il-Ministru tas-Saħħa Godfrey Farrugia qal li l-mira hi li sa seba’ snin oħra n-numru ta’ persuni obesi f’Malta jonqsu b’iktar minn 4 fil-mija. Jekk isir hekk, qal il-Ministru Farrugia, il-pajjiż jibda jiffranka mat-€3 miljun fis-sena.

The post Imħeġġa nieklu aħjar… u bil-qies appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles