Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Bil-filmat: Il-ħelikopter jista’ jinżel fuq il-P61

$
0
0

Disa’ snin wara li l-Patrol Boat P61 ġiet ikkummissjonata, issa jistgħu jibda jinżel fuqha l-ħelikopter tal-Forzi Armati ta’ Malta.

Dan jista’ jsir wara li nkisbu fondi mill-External Border Fund biex tħejjew proċeduri apposta u anke taħriġ tas-suldati biex il-flydeck ikun jista’ jakkomoda l-ħelikopter.

Ma’ tvm.com.mt is-Second Lieutenant Benjamin Vassallo qal li flydeck takkomoda ħelikopters tat-tip medju bħall-Aloutte li għandha l-Forzi Armati. Dan l-iżvilupp għall-Armata għandu jgħin iktar fil-missjonijiet tal-iskwadra marittima u tal-arju partikolarment tat-tiftix u s-salvataġġ.

Il-fizzjal Vassallo qal li bis-saħħa ta’ dan l-iżvilupp, ir-rondi fuq il-baħar se jkunu aktar intensivi għax ħelicopter jista’ jkopri mad-90 mil fis-siegħa oħra meta jitlaq minn fuq il-lanċa. Iktar ‘il quddiem, il-P62 se jkollha ukoll sistema ta’ refuelling għall-ħelicopters li għandha tkompli żżid fl-efiċċjenza tax-xogħol tal-Armata.

P61-Helicopter Deck

The post Bil-filmat: Il-ħelikopter jista’ jinżel fuq il-P61 appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles