Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

€6 miljun f’ċitazzjonijiet fiż-żona ta’ Tas-Sliema

$
0
0

Lejlet l-ewwel laqgħa ta’ konsultazzjoni dwar ir-riforma tas-sistema tal-infurzar lokali, is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, Jose Herrera ltaqa’ ma wħud mis-sidien tal-ħwienet f’Tas-Sliema li ntalbu jagħtu s-suġġerimenti tagħhom dwar kif is-sistema tista titjib.

Is-Segretarju Parlamentari qal li ċ-ċitazzjonijiet li jingħataw f’din iż-żona jlaħqu €6 miljun u minn dawn, persentaġġ żgħir ħafna jmorru għand il-Kunsilli Lokali. Dan għall-kuntrarju tal-kumpaniji li marru tajjeb ħafna, qal Dr Herrera.

 “Dan kollu juri kemm is-sistema ġdida trid tiġi rriformata biex anke l-kunsilli lokali jibdew jibenefikaw”, qal Herrera. Iċ-ċifra ta’ €8 miljun li ngħataw f’ċitazzjonijiet f’temp ta’ sentejn u nofs turi kemm għar-Reġjun Ċentru s-sistema tal-gwardjani lokali hija importanti, żied jgħid Dr Herrera.

The post €6 miljun f’ċitazzjonijiet fiż-żona ta’ Tas-Sliema appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles