Il-Ministri tal-Finanzi u gvernaturi tal-banek ċentrali tal-20 pajiż li jiffurmaw il-grupp G20, qablu li jaħdmu biex ikabbru l-prodott gross domestiku tagħhom bi tnejn fil-mija.
Huma taw l-aħbar f’Sydney wara jumejn ta’ taħdidiet fejn qablu dwar miżuri biex fil-ħames snin li ġejjin ikattru ttkabbir ekonomiku. Il-G20 huwa responsabbli minn kważi 85 fil-mija tal-ekonomija dinjija.
Il-Fond Monetarju Internazzjonali jistma li jekk isiru riformi strutturali, l-ekonomija dinjija tikber b’nofs punt perċentwali kull sena fil-ħames snin li ġejjin. Il-fond jistma li t-tkabbir ekonomiku jista’ jkun 3.75 fil-mija din is-sena u erbgħa fil-mija s-sena d-dieħla.
The post Jaqblu li se jkabbru l-GDP bi 2 fil-mija appeared first on TVM.