Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

F’Mater Dei: 8% tas-sodod biss okkupati minn anzjani għal kura fit-tul

$
0
0

L-Unjin tal-Qwiebel u l-Infermieri (MUMN) sostniet li konsegwenza ta’ ftehim bejnha u s-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva, huma biss tmienja fil-mija s-sodod li jinsabu okkupati minn anzjani li jeħtieġu kura fit-tul.

Fi stqarrija l-President tal-MUMN Paul Pace qal li l-unjin kienet f’laqgħat kontinwi mas-Segretarjat ta’ Dr Franco Mercieca dwar kwistjonijiet relatati mal-popolazzjoni anzjana f’pajjiżna.

L-unjin żiedet tgħid li hija sodisfatta bl-isforzi li qegħdin isiru minn dan is-Segretarjat biex jiżdiedu s-sodod għall-anzjani u li fl-istess ħin jiżdiedu s-servizzi biex l-anzjani jibqgħu jgħixu fil-komunità.

Il-President tal-MUMN qal li jeżisti proċess bejn l-MUMN u t-tmexxija tar-Residenza ta’ San Vinċenz de Paul (SVPR) b’kollaborazzjoni mas-Segretarjat Parlamentari dwar kwistjonijiet relatai mal-anzjani u mal-istaff. Intqal li din l-armonizzazzjoni tat ir-riżultati mixtieqa mhux biss għall-Isptar Mater Dei billi hemm okkupanza anaqas ta’ sodod għal anzjani li jeħtieġu kura fit-tul, iżda wkoll għal infermieri f’SVPR.

The post F’Mater Dei: 8% tas-sodod biss okkupati minn anzjani għal kura fit-tul appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles