Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Titnieda it-Taqsima tal-Anzjanità Attiva

$
0
0

Is-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva dalgħodu nieda it-Taqsima tal-Anzjanità Attiva biex tippjana, tikkordina u timplementa r-rekwiżti biex jintleħqu l-għanijiet tal-Istrateġija Nazzjonali għal Anzjanità Attiva Malta 2014-2020. Din l-istrateġija tnediet f’Novembru li għadda u hija msejsa fuq il-parteċipazzjoni tal-anzjani fis-suq tax-xogħol u s-sehem tagħhom fis-soċjetà kif ukoll il-ħajja indipendenti.

Is-Segretarju Parlamentari Franco Mercieca spjega li din it-taqsima se tkun qiegħda titmexxa minn Cynthia Formosa li hija wkoll ‘National Focal Point on Ageing’ għal Malta fil-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Magħquda (UNECE) .

Is-Segretarju Parlamentari Franco Mercieca spjega li l-għanijiet ta’ din it-taqsima jinkludu fost oħrajn it-trasformazzjoni tal-politika rrakkomandata fl-Istrateġija Nazzjonali għal Anzjanità Attiva u l-ippjanar u s-superviżjoni ta’ strateġiji li jiżguraw opportunatijiet eċċelenti lir-residenti f’San Vinċenz de Paule. Dan bil-għan li jiġu involuti fi stil ta’ ħajja iżjed attiva skont l-abbiltà fiżika u konjittiva.

Għan ieħor tagħha hu li jsir l-ippjanar, kordinazzjoni, u implementazzjoni ta’ strateġiji li jiżguraw it-trasformazzjoni fiċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum għall-Anzjani għall-ċentri attivi u postijiet ta’ għerf għal tul il-ħajja.

Dr Mercieca spjega wkoll li din it-taqsima se torganizza korsijiet ta’ qabel l-irtirar għal dawk li jkunu waslu biex jirtiraw u l-ippjanar ta’ sessjonjiet ta’ dimensja f’San Vinċenz de Paul u djar residenzjali tal-Gvern.

The post Titnieda it-Taqsima tal-Anzjanità Attiva appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles