Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Lokalità żgħira bl-akbar prinjolata

$
0
0

Ftit jiem bogħod miċ-ċelebrazzjonijiet tal-Karnival, il-Fondazzjoni Kummuttiva tax-Xagħra flimkien ma’ Ta’ Lajku Confectionery qed jagħmlu l-akbar prinjolata li qatt saret fil-ġżejjer Maltin.

Il-prinjolata li mistennija tkun tiżen 800 kilogramma, se tibda titqassam mis-Sibt l-1 ta’ Marzu fil-pjazza tan-Nażżarenu fix-Xagħra Għawdex mis-7.30 p.m. ‘il quddiem. Preżenti se jkun hemm ukoll uffiċjali tal-Malta Records biex jivverifikaw li din il-prinjolata hija l-akbar li qatt saret f’Malta u għalhekk tiġi ċċertifikata bħala rekord nazzjonali.

Kull min se jmur biex iduq din il-prinjolata mhux biss se jissodisfa t-togħma bil-ħlewwa tagħha iżda se jkun qed jgħin ukoll biex jinġabru fondi b’risq Puttinu Cares. 

It-tqassim tal-prinjolata jkompli l-Ħadd 2 ta’ Marzu fil-Pjazza Vitorja fix-Xagħra mill-10.00 a.m. ‘il quddiem.

 

The post Lokalità żgħira bl-akbar prinjolata appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles