Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Jibda l-ġbid tal-video ‘Coming Home’

$
0
0

Tinsab fl-aqwa tagħha l-ħidma biex fil-jiem li ġejjin jitnieda l-video tal-kanzunetta rebbieħa tal-Malta Eurovision Song Contest  “Coming Home” tal-grupp ‘Firelight’.

tvm.com.mt ilbieraħ waranofsinhar żar wieħed mill-postijiet “sigrieta” li fuqhom qiegħed jinġibed dan il-video li l-aspettazzjoni għalih mis-segwaċi tal-Eurovision Song Contest tkun waħda kbira.

“Coming Home”  hija kompożizzjoni ta’ Richard Edward Micallef, Michelle Mifsud, Tony Polidano, Matthew Ellul u Leslie Decesare.

F’kummenti ma’ dan is-sit,  Richard Edwards, il-kantant ewlieni tal-band, ma ried jiżvelalna xejn dwar l-istorja li qiegħda tinħadem għal dan il-video, għalkemm stajna naraw li ħafna mill-affarijiet fuq is-sett se jkun qegħdin joħolqu rabta intrinsika mal-lirika tal-kanzunetta.

Dwar l-andament tal-ġbid tal-video, Edwards qalilna li kellu jbakkar kmieni ħafna lbieraħ biex ikun fuq il-post fejn beda jinġibed il-video waqt li stqarr l-entusjażmu tiegħu biex jara l-prodott finali. “Għandu storja veru sabiħa u ninsab eċċitat ħafna biex nara kif se jiġi kollox finalizzat”, qal Edwards waqt li ta ħajr li kull min qiegħed jaħdem fuq dan il-video b’mod partikolari lid-diretturi Angie u Duane Laus.

Min-naħa tiegħu, Rodney Gauci, il-producer tal-video ukoll ma lissinx kelma dwar l-istorja marbuta ma’  dan il-video. Mandankollu jinsab konvint li l-kanzunetta li se tkun qed tirrappreżenta lil Malta fid-Danimarka f’Mejju li ġej se jkollha video li bla dubju se jkun qed jiġbed l-attenzjoni tas-segwaċi tal-Eurovision, b’mod partikolari dawk fuq is-social networks.

Mill-ftit ħin li qattajna fuq il-post fejn qiegħed jinġibed il-video, l-atmosfera bejn it-tim hija mill-aktar pożittiva u ffokata tant li fi kliem Rodney, qed isib problema biex “jeħles” minn Richard u jibagħtu “lura d-dar”.

Richard1 Firelight4 Richard3

Rapport: Owen Galea

Ritratti: Rodney Gauci

The post Jibda l-ġbid tal-video ‘Coming Home’ appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles