Il-kitarrist Spanjol ta’ fama dinjija Paco de Lucia miet fl-età ta’ 66 sena fil-Messiku wara li tah attakk tal-qalb meta kien qiegħed jilgħab ma’ wliedu fuq bajja.
Il-mewt ta’ wieħed mill-aktar kitarissti ċelebri tal-flamenco fid-dinja tħabbret mill-uffiċċju tas-sindku ta’ Algeciras fin-Nofsinhar ta’ Spanja, il-post fejn twieled de Lucia.
Huwa qal li l-gitarrist miet f’kumpless fil-Messiku.
Paco de Lucia huwa famuż għal sensiela ta’ albums fis-sebgħinijiet.
Huwa ħadem ukoll fuq films tad-direttur Spanjol Carlos Saura, fejn deher b’mod partikolari fil-verżjoni ta’ Carmen tal-1983, li rebaħ Bafta award għall-aqwa film b’lingwa internazzjonali fl-1985.
F’Algeciras mistennija jumejn ta’ luttu, bis-Sindku, Jose Ignacio Landaluce, ifisser il-mewt ta’ dan il-mużiċist bħala “telfa kbira għad-dinja tal-kultura u għal Andalusia”.
Fl-aħħar snin huwa għex kemm fil-Messiku u kemm fi Spanja.
http://www.youtube.com/watch?v=PpxpiyRGQEY
The post Imut wieħed mill-aqwa kitarist fid-dinja appeared first on TVM.