Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Żieda ta’ 12% f’rapporti lill-Pulizija fl-2013

$
0
0

Skond rapport dwar il-kriminalita f’Malta maħrug minn Crime Malta, organiżazzjoni indipendenti mill-pulizija li tiġbor statistika dwar il-kriminalità, is-sena l-oħra kien hemm żieda ta’ 12.6 % fuq is-sena ta’ qabel. Ir-rapport jgħid li din ż-żieda fil-kriminalità rappurtata hija konsistenti mill-2009.

Dr Saviour Formosa li jgħallem il-kriminaloġija u li jiġbor din l-istatistika bħala parti mir-riċerka akkademika tiegħu, spjega li din iż-żieda fil-kriminalità is-sena li għaddiet, kienet attribwita l-iżjed għal kategorija waħda, dik ta’ danni fuq propjetà privata li żdiedet bi 78 fil-mija fuq medda ta’ 12-il xahar.

Dr Fromosa iżda innota tnaqqis f’kategoriji oħra ta’ reati kriminali fosthom is-serq li qal naqas drastikament għall-ewwel darba f’erba’ snin. Stqarr li dan it-tnaqqis jista jkun li seħħ minħabba bosta fatturi fosthom iż-żieda fl-istallazzjonijiet ta’ cameras tas-sigurta, prezenza akbar ta’ rondi tal-pulizija u l-pubbliku li sar aktar konxju li jindokra ħwejjġu.

Dr Formosa jgħid li ż-żieda ta’ kważi 13 fil-mija tal-kriminalità ma tagħmilx is-sitwazzjoni bħala waħda allarmanti.

Fir-riċerka tiegħu, Dr Formosa eżamina ukoll il-lokalitajiet l-aktar milquta b’rapporti ta’ kriminalta. Sab li r-rata ta’ kriminalita rappurtata f’San Gilajn hija ħames darbiet aktar mir-rata nazzjonali filwaqt li l-inqas rata ta’ kriminalità kienet fix-Xagħra Għawdex.

Mir-rapport joħrog li f”Malta jkunu rrapurtati medja ta’ tlett każi ta’ vjolenza u żewġ każi ta’ frodi kuljum. Dr Formosa jgħid li huwa stmat li madwar 50 fil-mija tal-kriminalità f’Malta ma tiġix irrappurtata lill-Pulizija u allura ma toħroġx minn din l-analiżi tal-istatistika.

Storja: Dorothy Falzon

 

The post Żieda ta’ 12% f’rapporti lill-Pulizija fl-2013 appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles