Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

F’Jum il-Mara: Jitkellmu n-nisa f’Kordin

$
0
0

 

Is-sezzjoni tan-nisa tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin fiha 40 priġunier li ġejjin minn tmien pajjiżi differenti.

Il-priġunieri f’din is-sezzjoni qed jiskontaw sentenzi li jvarjaw minn droga għal serq. Fl-okkażjoni ta’ Jum il-Mara, tvm.com.mt qatta’  ftit ħin qalb iċ-ċelel ta’ din is-sezzjoni, li sa ftit tal-ġimgħat ilu kienet is-sezzjoni tal-YOURS.

Tkellimna magħhom dwar l-aspirazzjonijiet li għandhom meta joħorġu minn Kordin fejn ilkoll jistqarru li jixtiequ li s-soċjetà tagħtihom opportunità oħra biex jerġgħu jintegraw lilhom infushom fil-komunità.

Matul dan il-jum il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, Emmanuel Mallia żar lil dawn il-priġunieri u tkellem magħhom dwar il-problema li diversi sentenzi jieħdu s-snin biex jiġu deċiżi mill-Qrati. Dan bil-konsegwenza li dawn in-nies jiskontaw il-ħabs waqt li jkunu għadhom mhux ikkundannati. Huwa ħabbar li kumpanija tat-tessuti lokali se tkun qiegħda tagħti x-xogħol lil dawn in-nisa li qegħdin jiskontaw piena ta’ priġunerija f’din is-sezzjoni.

Min-naħa tagħha l-Ministru Helena Dalli, ippreżentat numru ta’ kotba lil dawn il-priġunieri u tkellmet dwar l-importanza li f’dan iż-żmien jieħdu sehem f’rijabilitazzjoni u jieħdu t-taħriġ biex ikunu jistgħu jidħlu fid-dinja tax-xogħol.

Mistiedna speċjali għal din iż-żjara kien hemm ukoll grupp Firelight – ir-rappreżentanti ta’ Malta fil-Eurovision Song Contest li se jsir fid-Danimarka.

Rapport Brandon Pisani

The post F’Jum il-Mara: Jitkellmu n-nisa f’Kordin appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles