Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

F’Malta wara li salva ħajjet eks-plejer tal-futbol

$
0
0

Dr Andrew Deaner, kardjologu fil-London Chest Hospital jinsab Malta biex iniedi l-maratona tar-roti organizzata mil-Liceo tal-Ħamrun.

De Deaner huwa l-persuna li sentejn ilu salva l-ħajja tal-eks-plejer tal-futbol tal-Bolton Wanderers, Fabien Muamba.

Huwa wasal il-Liceo bir-rota wara li simboikament telaq mill-isptar Mater proprju biex iwassal messaġġ dwar il-perikli tal-attakki tal-qalb u l-ħtieġa tal-eżerċizzju fiżiku bħala prevenzjoni.

Barra li huwa speċjalista tal-qalb, Dr Deaner huwa ċiklista u għalhekk ingħaqad mal-istudenti u għalliema tal-Liceo tal-Ħamrun li nhar il-Ġimgħa se jibdew il-maratona annwali tar-roti biex jiġbru flus għal defibrillator – apparat li jintuża f’każi ta’ attakki tal-qalb li se jibda jkun fl-iskejjel.

Ma’ tvm.com.mt, Dr Deaner jitkellem dwar dawk is-sekondi prezzjużi meta ddeċieda li minn spettatur jinżel fil-grawnd biex jagħti l-ewwel għajnuna lil Muamba.

Jgħid li Muamba ngħata 15-il xokk sakemm wasal l-isptar waqt li saħaq fuq l-importanza li t-tfal jitgħallmu jagħmlu l-intervent magħruf bħala CPR f’każi ta’ attakk tal-qalb.

Il-maratona tal-istudenti tal-liceo din is-sena għandha dan l-għan għax il-ħsieb huwa li bil-flus tal-maratona, l-iskejjel ikunu attrezzati bl-apparat li jintuża wkoll għas-CPR.

The post F’Malta wara li salva ħajjet eks-plejer tal-futbol appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles