Il-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista ddeċieda li se jivvota favur in-nomina ta’ Marie Louise Coleiro Preca bħala President ta’ Malta.
Ikkuntattjat minn tvm.com.mt, il-kelliem tal-Partit Nazzjonalista qal li d-deċiżjoni ttieħdet illum waranofsinhar waqt il-laqgħa tal-Grupp Parlamentari fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista. Il-laqgħa ntemmet fil-5.30 p.m.
Fi stqarrija ftit tal-ħin ilu, il-Partit Nazzjonalita qal li minkejja li l-Prim Ministru Muscat tilef opportunità unika biex ikompli mal-eżempju eċċellenti li bih intgħażel il-President George Abela ħames snin ilu, u minkejja l-fatt li l-Prim Ministru Muscat lanqas biss kellu d-diċenza li jwettaq konsultazzjoni matura dwar il-President ta’ Malta l-ġdid, il-Partit Nazzjonalista jiddikjara li se jkun qed jaħdem biex pajjiżna jingħaqad wara l-President il-ġdid.
The post Il-PN jiddeċiedi favur in-nomina ta’ Coleiro Preca appeared first on TVM.