Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Muscat: Daqt jitħabbru miżuri biex isalvaw l-Enemalta

$
0
0

Mis-sit ta’ dik li kienet Shipbuilding fil-Marsa, il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar li dalwaqt se jkunu qegħdin jitħabbru miżuri biex l-Enemalta tkun salvata. Huwa ddikjara wkoll li l-Gvern għandu l-ħsieb li jagħmel pipeline tal-gass mal-Libja biex Malta tkun tista’ tbiegħ u tixtri l-gass.

Il-Prim Ministru sostna wkoll li l-Gvern mhu se jippermetti ebda ħjiel ta’ korruzzjoni. Qal li din hija taxxa li jrid iħallas il-poplu. Fakkar li l-Gvern daħħal il-liġi tal-informatur li tgħin lil dawk li jikxfu każijiet ta’ korruzzjoni waqt li ħeġġeġ lil dawk li jafu li saret jew qed issir korruzzjoni biex jersqu ‘l quddiem u ma jħallux li tkompli ssir.

Meta kien qiegħed jindirizza u jwieġeb mistoqsija tal-pubbliku waqt sensiela oħra ta’ laqgħat “Viċin Tiegħek – Gvern li jisma’”, Dr Muscat tkellem fit-tul dwar il-qasam tas-saħħa, u qal li dan se jkun ta’ prijorità assoluta matul din is-sena. Qal li kif iċ-Ċentri tas-Saħħa jkunu mgħammra sew, l-operazzjonijiet iż-żgħar, jibdew isiru fihom. Huwa saħaq li l-qasam tas-saħħa għandu bżonn 100 sodda ġdida fis-sena.

Dr Muscat tkellem ukoll dwar it-tiftix għaż-żejt u qal li mhux se jibbaża t-tkabbir ekonomiku fuq it-tħaffir għaż-żejt minkejja li x-xogħol dalwaqt jibda. Qal li qed issir analiżi biex żewġ kumpaniji ta’riċerka u innovazzjoni jużaw lil Malta u lil Għawdex fir-riċerka ta’ ajruplani. Qal li qed ikun studjat il-fatt jekk għandhix issir air strip f’Għawdex biex tiżdied l-aċċessibilità. Huwa laqa’ d-deċiżjoni tal-Oppożiżżjon li se tivvota favur il-Presidenza ta’ Marie Louise Coleiro Preaca.

The post Muscat: Daqt jitħabbru miżuri biex isalvaw l-Enemalta appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles