Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

ERASMUS + għall-istudenti u l-għalliema

$
0
0

Beda 27 sena ilu, l-programm ERASMUS probabilment huwa l-iktar programm ta’ skambju ta’ studenti li għamel success fid-dinja.  Igawdu minnu eluf ta’ studenti fis-sena, anke studenti Maltin.

Mitejn u tmien studenti minn Malta s-sena li għaddiet marru jistudjaw għal perjodu ta’ ftit xhur f’wieħed mit-33 pajjiż li jieħdu sehem fil-programm ERASMUS – meqjus bħala l-aktar programm suċċess tal-Unjoni Ewropea.

Fosthom, Dinah Seguna u Roberta Apap li fi kliemhom din kienet esperjenza li m’hu se jinsew qatt.

Sa mit-twaqqif tiegħu fl-1987, mat-tliet miljun student Ewropew kellhom l-opportunità jistudjaw f’waħda mill-4,000 università fil-programm ERASMUS bi kważi l-ispejjeż kollha, toħroġhom l-Unjoni Ewropea.

Studenti Universitarji bħalissa qed jingħataw l-informazzjoni biex jieħdu sehem fis-sessjoni li jmiss tal-programm fil-format il-ġdid. Dan wara li l-Parlament Ewropew approva ERASMUS + li hu mifrux fuq seba’ snin u li se jiffoka fuq l-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport.

Permezz ta’ dan il-programm aktar minn erba’ miljun ruħ fosthom mijiet ta’ Maltin, se jirċievu għajnuna finanzjarja biex jistudjaw, jitħarrġu, jaħdmu jew jagħmlu xogħol volontarju barra minn pajjiżhom.

Mas-600 student Ewropew fis-sena jistudjaw fl-Università ta’ Malta permezz tal-programm ERASMUS.

Minn issa ‘l quddiem mhux l-istudenti biss se jgawdu mill-programm ERASMUS, għax bl-ERASMUS +, aktar minn 800,000 għalliem u dawk involuti fil-qasam edukattiv se jkollhom l-opportunità li jgħallmu barra minn pajjiżhom.

The post ERASMUS + għall-istudenti u l-għalliema appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles