Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Busuttil: Dan hu Gvern li jaħdmek

$
0
0

Fir-reazzjoni tiegħu għall-ewwel sena ta’ Gvern Laburista, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil għamel elenku ta’ affarijiet li fi kliemu dan il-gvern wiegħed mod u qed jagħmel ieħor.

Bit-titlu Gvern li jaħdmek fl-isfond, il-Kap Nazzjonalista  Simon Busuttil elenka għalfejn fi kliemu dan il-Gvern jaħdmek, fost l-oħrajn billi jgħid ħaġa qabel l-elezzjoni u jagħmel oħrajn u jaħbi l-affarijiet li jkun se jagħmel.

Dr Busuttil semma l-wegħda ta’ Malta tagħna ilkoll u l-kliem tista’ ma taqbilx magħna imma tista taħdem magħna. Qal li dawn saru ċajta għax skont Dr Busuttil tkeċċew numru ta’ nies kapaċi minn mal-Gvern  u ngħataw trasferimenti vendikattivi.

Qal li dan il-Gvern waqqaf il-karriera  ta’ bosta nies biex jiggwadanjaw tal-qalba, semma fost l-oħrajn l-impjiegi ta’ mart il-Minsitru Konrad Mizzi, Sai Mizzi u l-eks-sieħba fin-negozju ta’ mart il-Prim Ministru Michelle Butigieg. Semma wkoll lil Jason Micallef, Jimmy Magro, Silvio Schembri u Jeffery Curmi, b’dan tal-aħħar isostni l-Kap tal-Oppożizzjoni nħatar b’numru ta’ promozzjonijiet illegali.

Il-Kap tal-oppożizzjoni qal li hemm indikazjonijiet negattivi fl-ekonomija.

Dr Busuttil qal li d-defiċit taħt dan il-Gvern kiber tant li Malta mistennija tibqa’ taħt il-proċedura ta’ defiċit eċċessiv. Fuq ir-responsabbiltà politika, Dr Busuttil qal li l-Prim Ministru ħalla lill-Ministri tiegħu jiksru l-kodiċi ta’ etika u jagħmlu dikjarazzjonijiet tal-assi foloz. Qal li anke jekk qabel l-elezzjoni kien jgħid li trid tintrefa r-responsabilta politika, il-Ministru Chris Cardona ma refax ir-responsabbiltà wara r-rapport tal-awditur.Qal ukoll li l-Gvern tela’ fuq l-għajta ta’ mertokrazija, iżda fl-istess waqt jrid jaħbi l-kuntratt li għandu ma’ Henly and Partners u s-salajri ta’ numru ta’ membri tal-bord.

Dwar il-korruzzjoni l-Kap Nazzjonalista qal li l-għajta ta’ żero tolleranza saret 100% tolleranza bil-każ tal-persuni li xaħħmu iżda ma tressqux il-qorti.  Dr Busuttil qal li fl-ewwel sena tiegħu l-Gvern għamel attakk fuq l-istituzzjonijiet indipendenti, fosthom fil-każ tal-imħallef Farrugia Sacco u bil-ħatra tal-Kummissarju tal-Pulizija Peter Paul Zammit.

The post Busuttil: Dan hu Gvern li jaħdmek appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles