Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Aġġornat: 2 mejta, 22 midruba meta waqa’ bini fi spluzjoni fi New York

$
0
0

Ħaddiema tal-protezzjoni ċivili jinsabu għaddejjin jagħtu l-għajununa tagħhom lil 22 persuna li spiċċaw indarbu fi splużjoni f’New York. Żewġ residenti mietu.

Residenti rrapportaw  li semgħu l-isplużjoni fil-binja ta’ appartament li tinsab f’East Harlem ftit qabel il-binja bdiet tiġġarraf.

Konsegwenza ta’ din l-isplużjoni, is-servizz kollha tal-ferrovija fit-terminal ċentrali kellhom jitwaqqfu .

Id-dipartiment tan-nar fi New York qiegħed iqies din l-isplużjoni b’serjetà kbira u ħabbar li mal-170 ħaddiem tat-tifi tan-nar minn diversi stazzjonijiet intbagħtu fuq il-post biex jitfu n-nirien.

Il-midja lokali qed tirrapporta li 11-il persuna sofrew xi ġrieħi ħfif, waqt li sptar fil-viċinanzi qalu li rċevew pazjent bi trawma kbira.

Il-fornitur tal-gass lokali ntalab iwaqqaf il-provvista wara l-isplużjoni, li għamlet ħsara f’diversi twieqi fiż-żona.

“Kienet splużjoni u l-bini ġġarraf,” qal kelliem għad-Dipartiment tal-Pulizija ta’ New York lill-aġenzija tal-aħbarijiet AFP.

Xhud qal lil New York Daily News li kienet ilha xxomm riħa ta’ gass għal ġimgħat sħaħ qabel seħħet l-isplużjoni.

“Rajna n-nies itiru mit-twieqi… dawk huma l-ġirien tiegħi,” qal Ashley Rivera.

Xhud ieħor li jaħdem qrib is-sit qal lill-gazzetta li sema’ żewġ splużjonijiet kbar li regħdu l-ħanut tiegħu.

The post Aġġornat: 2 mejta, 22 midruba meta waqa’ bini fi spluzjoni fi New York appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles