Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Il-petizzjoni tal-FKNK taqbeż l-40,000 firmatarju

$
0
0

Lino Farrugia, il-Kap Eżekuttiv tal-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba u Konservazzjonisti (FKNK) ħabbar illejla li l-petizzjoni li qiegħda tinġabar biex ikunu mħarsa d-drittijiet tal-minoritajiet f’pajjiżna qabżet l-40,000 firmatarju.

Waqt intervent telefoniku li sar fil-programm “Għandi xi Ngħid” fuq TVM, is-Sur Farrugia qal li l-petizzjoni mhix fuq kaċċa,  iżda għandha l-iskop li tħares id-drittijiet legali tal-gruppi li jinsabu f’minoranza fosthom il-kaċċaturi u n-nassaba.

Il-President tal-FKNK qal li din hija reazzjoni għall-petizzjoni li bdiet tiġbor l-Alternattiva Demokratika biex tabolixxi parti mit-tradizzjoni tagħhom. Qal li huma dehrilhom li ħadd m’ghandu jabbuża mis-sistema demokratiku biex jabolixxi d-drittijiet ta’ ħaddieħor.

Minkejja li qal li mhux awtorizzat li jagħti ċ-ċifra ta’ kemm iffirmaw il-petizzjoni, is-Sur Farrugia qal li f’xahrejn u nofs rnexxielhom jaqbżu l-40,000 firmatarju. Mistoqsi jekk għandhomx aktar mid-doppja tal-firem li nġabru mill-koalizzjoni ta’ kontra l-kaċċa, is-Sur Farrugia la ċaħad u lanqas ikkonferma.

F’Awwissu li għadda, il-koalizzjoni għat-Tneħħija tal-Kaċċa fir-Rebbiegħa nediet petizzjoni biex issir talba lill-Gvern biex  issejjaħ referendum dwar il-kaċċa fir-Rebbiegħa.

Skont il-liġi, iridu jinġabru 35,000 firma biex il-Gvern iqis it-talba għal referendum.

The post Il-petizzjoni tal-FKNK taqbeż l-40,000 firmatarju appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles