Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

L-iskandlu tax-xiri taż-żejt: Sospiża x-xhieda ta’ Sammut u Tabone

$
0
0

Il-Kumitat Parlamentari għall-Kontijiet Pubbliċi ssospenda llela s-smigħ tax-xhieda ta’ Frank Sammut li qed jiffaċċja akkużi kriminali kontrih fil-każ tal-iskandlu tax-xiri taż-żejt. Dan sakemm tingħata s-sentenza mill-Qorti fejn talab li s-smigħ fil-Kumitat jikser id-dritt tiegħu għas-silenzju mingħajr ma jinkrimina ruħu.

L-istess Kumitat aċċetta wkoll it-talba ta’ Tancred Tabone biex jissospendi temporanjament is-smigħ tax-xhieda tiegħu wara talba li għamlet l-avukat tiegħu Giannella Demarco.

Talba simili saret mill-avuakt Stephen Tonna Lowell f’isem is-Sur Anthony Cassar. L-avuakt Tonna Lowell qal li l-klijent tiegħu ma kienx qed jiffaċċja proċeduri li kellhom x’jaqsmu mal-iskandlu tal-każ taż-żejt.

Intant meta ltaqa’ l-kumitat parlamentari għall-ambjent u l-iżvilupp tal-ippjanar, iċ-Chairperson Marlene Farrugia talbet lill-ispekaer Anġlu Farrugia biex jagħti ruling dwar jekk il-Kumitat kellux dritt li jiddiskuti r-rapport dwar l-impatt ambjentali fuq il-proġett tal-power station tal-gass wara li l-Kumitat tax-Xogħol tal-Kamra kien iddeċieda li ssir diskussjoni mill-Parlament kollu dwar din il-materja.

Id-deċiżjoni taċ-Chairperson segwiet dibattitu bejn iż-żewġ naħat fejn il-Whip tal-Gvern Carmelo Abela sostna li ma kienx ir-remit tal-Kumitat tal-ippjanar li jiddiskuti proġetti kapitali kif kien ukoll jiġi osservat taħt il-leġislatura preċedenti. Qal li dan il-Kumitat inħatar taħt il-liġi tal-MEPA u mhux permezz tal-ordnijiet permanenti tal-Kamra. Dan il-Kumitat fil-fatt ma kienx iddiskuta l-proġett tal-power station tal-BWSC li taħdem biż-żejt.

Il-Whip tal-Oppożizzjoni David Agius sostna li l-Kumitat kellu dritt jirregola ruħu mingħajr ma tintalab ruling għax kien hemm ftehim unanimu li ssir din id-diskussjoni.

Iċ-Chairperson Farrugia qalet li meta l-Gvern il-ġdid ħatarha fil-kariga kien ta s-saħħa biex dan il-kumitat jingħata l-awtonomija vera.  Hija xtaqet li r-rapport tal-impatt ambjentali jiġi diskuss mill-Kumitat u sostneit li jekk dan ma kienx fir-remit tal-istess kumitat kellha tinbidel il-liġi.

The post L-iskandlu tax-xiri taż-żejt: Sospiża x-xhieda ta’ Sammut u Tabone appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles