Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Żwieġ storiku: L-ewwel tnedijiet taż-żwieġ għal transgender f’Malta

$
0
0

Kollox jinsab lest biex nhar is-Sibt li ġej iseħħ f’pajjiżna l-ewwel żwieġ ċivili bejn persuna eterosesswali u oħra transgender.

Dan it-tieġ qiegħed jitfisser bħala wieħed storiku hekk kif ir-reġistratur taż-żwiġijiet f’pajjiżna se jkun qiegħed joħroġ lil din il-koppja t-tnedijiet għaż-żwieġ.

tvm.com.mt jinsab informat li t-tħejjijiet għal dan iż-żwieġ jinsabu fl-aqwa tagħhom bil-kopja li ilhom snin f’relazzjoni flimkien, tippjana li tiżżewweġ f’sala fin-Nofsinhar ta’ Malta.

Dan iż-żwieġ se jkun jista’ jsir wara li ġiet fi tmiemha saga ta’ aktar minn seba’ snin fil-Qrati Maltin u fil-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem. Is-sena l-oħra l-Gvern Malti emenda l-liġi taż-żwieġ ħalli Joanne Cassar tkun tista’ tieħu l-istat tagħha wara li għamlet l-operazzjoni biex biddlet is-sess.

Il-bidla fil-liġi ppermettiet persuni bħas-Sinjura Cassar li jiksbu d-dritt li jiżżewġu f’pajjiżna hekk kif proprju se jkun qiegħed iseħħ is-Sibt li ġej.

Sal-lum il-każ ta’ Joanne Cassar kien l-uniku wieħed li ħoloq din is-sitwazzjoni li saħansitra l-qrati taw interpretazzjoni differenti għaliha.

Il-Ministru Helena Dalli kienet fissret it-tibdil fil-liġi bħala riżultat ta’ bidla fil-politika tal-Gvern b’rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet ċivili. Hija kienet uriet it-tama li l-bidla fil-liġi twassal għal bidla fl-attitudni u fil-kultura tas-socjetà lejn persuni ta’ orjentazzjoni sesswali differenti.

 

The post Żwieġ storiku: L-ewwel tnedijiet taż-żwieġ għal transgender f’Malta appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles