Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Akkużati li ttraffikaw 10 kili ta’ droga – nofsha moħbija f’forn

$
0
0

Żewġt irġiel intbagħtu l-ħabs wara li kienu akkużati li ttraffikaw 10 kili ta’ reżina tal-kannabis f’Mejju tal-2006.

Brian Fenech ta’ 39 sena u Eligio Zerafa ta’ 45 sena, it-tnejn minn Marsaxlokk, wieġebu li ma kinux ħatja tal-akkużi miġjuba kontrihom.

B’rabta ma’ dan il-każ, il-pulizija diġà ressqet tliet persuni oħra.

Fix-xhieda tagħhom, l-Ispettur tal-Pulizija Peter Grech u Norbert Ciappara qalu li nofs id-droga nstabet f’karozza waqt li n-nofs l-ieħor instab moħbi f’forn.

Huma xehdu li marru Marsaxlokk f’żewġ gruppi wara li xi ħadd tarrfilhom li kienet se tiġi ttraffikata d-droga.

Grupp minnhom marru fil-post identifikat fejn kien se jseħħ it-traffikar fejn sabu Suziki bajda b’żewġt irġiel fiha. Meta l-irġiel innotaw il-pulizija fiż-żona, huma startjaw il-karozza u telqu jiġru biha.

Hawnhekk il-Pulizija bdew jiġru għal warajhom sakemm waqqfuhom Wied il-Għajn fejn sabu basket mimli bir-reżina tal-kannabis.

L-Ispettur Ciappara xehed li t-tim l-ieħor kien assenjat biex iżomm ħarstu fuq dar ta’ persuni oħrajn involuti f’dan it-traffikar.

Hawnhekk kienet innotata mara toħroġ minn din id-dar iġġorr pakkett u tibqa’ sejra fid-dar ta’ missier u omm ir-raġel tagħha. Hawnhekk il-Pulizija fittxew fid-dar tagħhom iżda ma sabu xejn.

Madankollu, wara li kienet mistħarrġa mill-Pulizija, il-mara qalet li kienet ħbiet il-pakkett fil-forn.

 

 

 

The post Akkużati li ttraffikaw 10 kili ta’ droga – nofsha moħbija f’forn appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles