Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Aġġornat: Jiddaħħlu 90 immigrant f’Malta

$
0
0

Il-Forzi Armati ta’ Malta daħħlu lil grupp ta’ immigranti f’pajjiżna ftit qabel nofsilejl u tawhom f’idejn il-pulizija.

Aktar kmieni: 90 immigrant mistennija jiddaħħlu f’pajjiżna fil-ħin li ġej wara li ġew salvati mill-Forzi Armati ta’ Malta waqt li kienu qed ibaħħru madwar 25 mil ‘il barra minn Għawdex.

Skont l-ewwel tagħrif li għandu tvm.com.mt, id-dgħajsa tal-immigranti kienet f’diffikultajiet u sejħet għall-għajnuna tal-Forzi Armati. 

L-immigranti ittellghu fuq patrol boat P61 tal-FAM u jinsabu fi triqthom lejn l-art. Huma mistennija jiddaħħlu f’Xatt it-Tiben għall-11.00 p.m.

Fl-aħħar jiem f’temp bnazzi u baħar kalm, mal-2000 immigrant ġew salvati mill-Gwardja tal-Kosta Taljana hekk kif reġa beda t-traffikar ta’ persuni mill-Afrika ta’ Fuq lejn l-Ewropa.

The post Aġġornat: Jiddaħħlu 90 immigrant f’Malta appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles