Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Investiment fir-reklamar ta’ Malta għall-industrija ċinematografika

$
0
0

Tnediet uffiċjalment waqt il-Berlinale 2014, il-kumpanija U-Film fejn saru għadd ta’ laqgħat t’għarfien dwar is-servizzi li toffri, ma’ kumpaniji midħla tal-produzzjonijiet ċinematografiċi, bil-għan li l-kumpanija tpoġġi lill-gżejjer Maltin fuq il-mappa tad-dinja u permezz ta’ investiment mis-settur privat jinħoloq ix-xogħol u jinġieb aktar xogħol lejn l-industrija ċinematografika.

Wara proċess ta’ tiġdid, U-Film li qabel kienet magħrufa bhala Film Corporation, żiedet in-numru tal-impjegati tagħha, speċjalment fid-dipartiment tal-marketing biex tkun tista’ tippromwovi s-servizzi tagħha u ta’ Malta bħala destinazzjoni ta’ filming t’eċċellenza f’bosta bliet ewlenin, fosthom Berlin, Cannes, Londra, Los Angeles u Toronto fost l-oħrajn.

Il-kumpanija qed tesplora wkoll swieq ġodda u klijenti b’potenzjali ġodda kemm għal kumpanija kif ukoll għall-industrija tal-ġbid tal-films f’Malta. Kelliem għal kumpanija saħaq li U-Film hija kumpanija “b’saħħitha fis-suq Russu, Amerikan u Ewropew, iżda li tixtieq tespandi fis-suq Ażjatiku u Indjan”.

Il-kumpanija U-Film tinsab ukoll fil-proċess li toħloq kontenut għal numru ta’ pjattaformi informattivi, partikolarment l-isfruttar tal-esperjenza unika tal-iffilmjar ta’ taħt il-baħar biex dawn il-filmati jintużaw fi produzzjonijiet bħal dokumentarji fuq l-art u l-baħar għal għadd ta’ stazzjonijiet tat-televiżjoni lil hinn minn Malta għal skopi ta’ distribuzzjoni globali.

Din is-sena waqt il-MIPDOC, parti mill-festival ta’ Cannes 2014, U-Film se tkun qed turi 3 dokumentarji, kollha bbażati fuq kontenut lokali.

U-Film tinsab ukoll impenjata f’investiment f’infrastruttura li tintuża fl-industrija ċinematografika, fosthom il-bini ta’ sound-stages u faċilitajiet edukattivi, inkluż it-twaqqif ta’ Mużew taċ-Ċinema u żona dedikata biss għal professjonisti u dilettanti tal-produzzjonijiet ċinematografiċi.

The post Investiment fir-reklamar ta’ Malta għall-industrija ċinematografika appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles