Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Ħidma għar-rikonoxximent tal-lingwa Maltija mill-UNESCO

$
0
0

Il-poeżija medjevali Cantilena li hija kunsidrata bħala l-ewwel kitba bil-Malti, se tkun il-punt tat-tluq sabiex Malta tikseb rikonoxximent għal-lingwa Maltija mill-UNESCO fil-jum internazzjonali ddedikat lill-poeżija.

Is-Segretarju Parlamentari għall-kultura Josè Herrera ippreżenta uffiċjalment l-applikazzjoni  għal dan lir-rapreżentant permanenti ta’ Malta għall-UNESCO.

Tnieda il-proċess biex il-lingwa Maltija tiġi rikonoxxuta bħala Wirt Dinji Ħaj mill-UNESCO, l-agenzija tan-Nazzjonijiet Magħquda għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura. Malta applikat formalment biex il-poeżija Cantilena ta’ Pietro Caxaro tkun inkluża fir-Reġistru tal-UNESCO.

L-ambaxxatur u delegat permanenti ta’ Malta għall-UNESCO, Monsinjur Dott. Joe Vella Gauci, qal li b’dan il-pass Malta qed tfittex għarfien għal-letteratura awtentika tagħha.

L-għanijiet ewlenin tal-Memory of the World Register huma biex il-UNESCO jgħin fil-konservazzjoni u l-preservazzjoni ta’ dokumenti li għandhom valur nazzjonali u dinji, biex jiġi ffaċilitat l-aċċess mid-dinja kollha għal dawn id-dokumenti u biex tixpruna l-interess f’dawn id-dokumenti li jsawru l-istorja ta’ diversi nazzjonijiet.

L-applikazzjoni formali ta’ Malta saret fil-Mużew tal-arkeoloġija fil-Belt fejn bħalissa id-dokumenti oriġinali tal-Cantilena jinsab esebit ma’ 99 oġġett ieħor li jirraprezentaw l-identità Maltija. Monsinjur Vella Gauci qal li kien naturali li tintgħazel il-Cantilena ta’ Pietro Caxaro biex tidħol fir-reġistru tal-UNESCO.

Sal-lum il-Memory of the World Register fih mat-300 dokument jew kollezzjoni approvati, minn iktar 100 pajjiż. Għalkemm Malta qed toqrob lejn il-50 anniversarju mis-sħubija tagħha fil-UNESCO, qatt ma kienet għadha applikat biex tippreżenta dokument f’dan ir-reġistru internazzjonali.

MOT_PS_21032014_01

The post Ħidma għar-rikonoxximent tal-lingwa Maltija mill-UNESCO appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles