Is-soru Cristina Scuccia ta’ 25 sena iċċassat lil kulħadd, b’mod partikolari lill-ġurija meta nhar l-Erbgħa kantat il-kanzunetta ‘No One’ ta’ Alicia Keys fil-programm The Voice of Italy li jixxandar fuq Rai Due.
F’dan il-programm il-ġurija tivvota abbażi ta’ dak li tisma’ u ma tarax min ikun qed ikanta.
L-erba’ ġurati, b’mod partikolari Raffaella Carra baqgħu mbelħin x’ħin daru u raw soru tkanta.
Il-filmat tal-parti ta’ Sor Cristina fil-programm inxtered mal-erbat irjieħ tad-dinja permezz tas-sit You Tube.
Sa llum diġa rawħ aktar minn 19-il miljun ruħ
The post Is-soru li mpressjonat lid-dinja bil-vuċi tagħha appeared first on TVM.