Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Aġġornat 4: Jispiċċa 24 metru ‘l bogħod minn fejn ittajjar

$
0
0

Ġuvni ta’ 19-il sena mis-Somalja jinsab fil-periklu tal-mewt wara li sofra ġrieħi serji għall-ħabta tas-2.30 p.m wara li ttajjar minn vann tat-tip Fiat Fiorino hekk kif kien qiegħed jaqsam  Triq Aldo Moro fil-Marsa ħdejn il-pompa tal-petrol.

Il-vann kien misjuq minn raġel ta’ 32 sena li jgħix San Pawl il-Baħar.

tvm.com.mt jinsab informat li ż-żagħżugħ qala’ daqqa kbira tant li għola fuq il-crash barrier u spiċċa fuq in-naħa l-oħra tat-triq. Fil-fatt xhieda fuq il-post qalu d-daqqa tant kienet kbira li r-raġel għola m’għola sular u spiċċa 24 metru ‘l bogħod minn fejn ittajjar.

Fuq il-post issejjħet ambulanza li ħadet ir-raġel immedjatament l-Isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li bil-każ ġie informat il-Maġistra tal-Għassa li ħatar diversi espertibiex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata fuq il-każ.

Intant kawża ta’ dan l-aċċident inħolqot konġestjoni tat-traffiku fejn il-pulizija bdiet tidderieġi t-traffiku għal toroq alternattivi. accidentmarsa1 accident marsa Accident1 accident2b

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.

The post Aġġornat 4: Jispiċċa 24 metru ‘l bogħod minn fejn ittajjar appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles