Raġel ta’ 30 sena mis-Swieqi, li jaħdem bħala delivery man ma’ ħanut li jbigħ il-pizza, weġġa’ ħafif wara li nqaleb bil-karozza.
L-aċċident seħħ illejla għal ħabta tas-6.00 p.m fi Triq il-Pellikan, fil-wied ta’ bejn San Ġwann u s-Swieqi. Jirriżulta li l-karozza laqtet il-ħajt tas-sejjiegħ bil-konsegwenza li nqalbet fuq il-ġenb tagħha. Fortunatament is-sewwieq irnexxielu joħroġ waħdu mill-karozza.
Fuq il-post marru l-Pulizija li kellhom jagħlqu t-triq miż-żewġt naħat, bil-konsegwenza li nħolqot konġestjoni kbira tat-traffiku. Rapport tal-inċident tħejja mill-Pulizija tad-Distrett.
The post Delivery man jinqaleb bil-karozza fis-Swieqi appeared first on TVM.