Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

PN: Il-Gvern ma laħaqx l-aspettattivi fis-saħħa

$
0
0

Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għas-Saħħa Claudio Grech qal li filwaqt li l-Gvern wettaq diversi affarijiet tajba fil-qasam tas-saħħa, fl-aħħar 12-il xahar naqas milli jwettaq il-wegħdi elettorali u ma laħaqx l-aspettattivi tan-nies.

Is-Sur Grech qal li l-Gvern falla f’diversi prijoritajiet strateġiċi. Fost dawn li l-Minsiteru tas-Saħħa mhux responsabbli għas-setturi kollha tas-saħħa. Huwa kkritika l-Gvern għax waqqaf is-servizzi ta’ kura pubblika mill-privat, għall-iffullar fil-kuriduri tal-isptar, u ma żiedx is-sodod għall-anzjani.

Is-Sur Grech qal li l-oppożizzjoni għadha tal-fehma li l-Gvern missu baqa’ għaddej bil-ħsieb li jieħu f’idu l-Isptar St Philips biex isir sptar għar-rijabilitazzjoni.

Semma tħassib dwar il-klima industrijali fil-qasam tas-saħħa. Qal li l-Gvern falla wkoll fil-meritokrazija meta warrab persuni kwalifikati li ma kellhomx pożizzjonijiet ta’ fiduċja u minflok ħatar persuni mingħajr sejħa għall-applikazzjonijiet.

Intqal li l-Isptar Monte Carmeli ġie ppolitiċizzat u saret akkuża ta’ transfers politiċi. Il-kelliem allega wkoll  nuqqas ta’ management serju meta l-amministrazzjoni tal-isptar m’għadiex Ħ’Attard iżda qed jitmexxa minn uffiċċju f’Santa Venera.

The post PN: Il-Gvern ma laħaqx l-aspettattivi fis-saħħa appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles