Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Ir-Russja tgħid li mhix se tinvadi l-Ukrajna

$
0
0

Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Russu Sergei Lavrov qal li Moska m’għandha l-ebda ħsieb li tibgħat truppi Russi fl-Ukrajna.

Huwa għamel dan il-kumment wara telefonata bejn il-President Amerikan Barack Obama u l-President Russu Vladimir Putin dwar il-possibilità ta’ soluzzjoni diplomatika għall-kriżi fl-Ukrajna.

Il-pjan appoġġjat mill-Istati Uniti jsejjaħ lir-Russja twaqqaf l-attività militari fuq il-fruntiera mal-Ukrajna u tirtira t-truppi lura lejn il-bażi fil-Krimea.

The post Ir-Russja tgħid li mhix se tinvadi l-Ukrajna appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles