Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Se jkollha nisa daqs kemm se jkollha rġiel

$
0
0

Il-President nominat Marie Louise Coliera Preca qalet li ser timmira li fl-istaff tagħha ikun hemm bilanċ bejn ħaddiema nisa u irgiel, anke fil-uffiċjali tas-sigurtà u l-iskorta tagħha.

Waqt li kienet qed titkellem f’laqgħa pubblika organizzata min-Nisa Laburisti bl-isem ta’ Żewġ Nisa – Żewġ Presidenti, il-Minsitru Marie-Louise Coleiro Preca ħabbret li sabiex tassigura l-involviment akbar tal-mara fis-soċjetà ser tara li l-istaff tagħha timpjega mara għal kull raġel.

Hija ħabbret li matul il-Presidenza tagħha hija se jkollha bħala Aide-De-Camp mara u raġel u anke mal-uffiċjali tas-sigurtà tagħha ser tkun assenjata surġent mara. Il-Ministru Coleiro Preca qalet li anke bħala Ministru insistiet għar-rapprezentanza tal-mara fil-bordijiet tant li fil-bordijiet kollha li ħatret 46 fil-mija tal-membri tagħhom huma nisa.

Il-Ministru tal-Familja u s-Solidarjetà Soċjali tkelmet ukoll dwar l-eks-President tar-Repubblika Agatha Barbara, li kienet l-ewwel President mara f’Malta. Hija stqarret li s-sinjorinai Barbara għamlet xogħol kbir kemm bħala President kif ukoll f’karigi oħra li serviet fihom fosthom bħala Ministru tal-Edukazzjoni.

Dr Coleiro Preca tkellmet ukoll dwar ir-realtà tal-faqar u kif l-istess faqar jolqot b’mod ħażin lil kulħadd u mhux biss lil min qiegħed fih. Il-Ministru qalet li anke f’dan il-qasam ħafna drabi l-faqar jolqot l-iżjed lin-nisa fosthom dawk li huma dipendenti fuq id-dħul tal-irġiel tagħhom u n-nisa li jispiċċaw bil-pensjoni mhux kontributorja għax ma ħadmux u jkunu daru bil-familja tagħhom.

The post Se jkollha nisa daqs kemm se jkollha rġiel appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles